Il-ħajja għaddejja ġurnata b’ġurnata … u l-bini tiela’ blokka ħdejn blokka!

submitted for
filed under Photos


Ma nafx … imma fil-fond ta' qalbi nista’ naħseb kemm tkun miġugħa persuna meta fit-tfulija taghħa tmur tiġri u tilgħab fil- kampanja u l-għelieqi tal-madwar, imbagħad jgħaddi perjodu ta’ żmien u x' ħin terġa tkun hemm ma tara xejn ħlief vilel jew djar, flatsijiet jew xi lukandi. Blokka ħdejn blokka qishom djar tal-pupi. Qed nitilfu ż-żoni rurali minn minuta għall-oħra, minkejja l-fatt li sfortunatament ħafna djar li huma diġa` mibnija huma abbandunati. X’ egoiżmu! Fejn marru dawk il-postijiet naturali li fihom kienu jirrikreaw ruħhom il-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna? L-iżvilupp urban qed jillimita kif u fejn aħna nistgħu ngawdu l-ambjent naturali. Mhux ta’ b’xejn li jien u ħafna żgħażagħ bħali qegħdin nqattgħu ħafna aktar ħin fuq mezzi oħra ta’ teknoloġija!

Leave a Reply