Kampanja EkoMilied

submitted by St Ignatius College Primary Luqa : Aleandro Farrugia, Hayden Magri, Jamie Sultana, Julia Galea, Melaine Stivala, Sara Riani  for 7-10
dissemination(s): DOI, Facebook, other, Other Schools through College Principals, tv, website
Proof of dissemination: Click to view Click to view Click to view
filed under Video Clips


Il-Kumitat EkoSkola tal-Kulleġġ San Injazju Primarja Luqa ħadem fuq kampanja ta’ għarfien fuq livell nazzjonali għal Milied aktar sostenibbli biex iqajjem kuxjenza dwar kemm jinħlew karti għalxejn fi żmien il-Milied. Wara l-Milied 2014, tlabna lit-tfal u lill-ġenituri kollha tal-iskola biex iżommu l-karti tat-tgeżwir tar-rigali li jkunu se jarmu u wara l-vaganzi tal-Milied iġibuhom l-iskola. Dawn intużaw f’attività li fiha ksejna l-art bihom. B’hekk stajna naraw l-ammont ta’ karti li kienu se jintremew. Ksejna area totali ta’ 522metru kwadru! Mill-filmati li ġbidna ta’ din l-attività, ħloqna vidjo (https://vimeo.com/147580611) li użajnih matul il-kampanja EkoMilied 2015 sabiex naqsmu mal-pubbliku dak li skoprejna. Barra minnhekk, b’din il-kampanja xtaqna nuru wkoll li hemm modi li bihom nistgħu naqtgħu din il-ħela, speċjalment billi nenfasizzaw dawk li bl-Ingliż jissejħu ‘the three Rs’ – reduce, reuse u recycle. Il-kampanja tnediet l-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru fis-sala tal-iskola, fil-preżenza tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima l-Onorevoli Leo Brincat.

Leave a Reply