Jien Bebbuxu
submitted by Lija Balzan Iklin Primary : Leah Pace for 7-10
campaign: yre-entry
dissemination(s): school media
Proof of dissemination: Click to view
Dissemination description: Jien bebbuxu Leah Pace Yr 5.1 Ċkejken, fraġli, diskużtanti, jaqq – dawn huma xi ftit mil-affarijiet li jsejjaħli meta jarani lbniedem. Nipprova ma ndejjaq lil ħadd. Storbju ma ngħamilx. L’hena tiegħi nintefa’ wara xi ħajt għad-dell, noqgħod għall-kwiet, protett, rillasat. Ħerqan nistenna x-xita niżla sabiex inkun nista’ niekol ikla ħaxix tajba u nirriproduċi. L’hena tiegħi niżżerżaq mal-ilma tax-xita fil-widien. Tlift ħafna mil-ħbieb tiegħi avolja nippruvaw ma ndejjqu lil ħadd. Min jipprova jixxutjana bħal ballun, min jipprova jgħaffiġna b’saqajh, min jgħaffiġna b’xi karozza, min jiġborna biex issajarna u dan l-aħħar sirna nsibu iktar ħmieġ u plastic flambjent tagħna. Mhux l-ewwel darba li xi wieħed minnha jeħel f’xi borża jew tazza tal-plastic! Sirna ngħixu f’ħajja vera perikoluża. Tgħallimt li fil-ħajja m’għandek taqta’ qalbek qatt. Bil-kalma u bil-mod tasal fejn għandek tasal. Basta ma tibżax u ma tħalli lil ħadd iwaqqfek. Għalhekk minn hawn ngħalaq billi ngħidlek, tarmix barra, ibża aktar għal ambjent, ibża għalina, u jekk tara xi borża, flixkun jew tazza tal-plastic fil-kampanja jew fil-wied, iġborha u tkun qed tgħin lilna u l-annimali kollha li jgħixu hawn barra.
sustainable development goal(s): life on land
filed under Articles
Jien bebbuxu
Leah Pace Yr 5.1
Ċkejken, fraġli, diskużtanti, jaqq – dawn huma
xi ftit mil-affarijiet li jsejjaħli meta jarani lbniedem. Nipprova ma ndejjaq lil ħadd. Storbju
ma ngħamilx. L’hena tiegħi nintefa’ wara xi ħajt
għad-dell, noqgħod għall-kwiet, protett,
rillasat. Ħerqan nistenna x-xita niżla sabiex
inkun nista’ niekol ikla ħaxix tajba u
nirriproduċi. L’hena tiegħi niżżerżaq mal-ilma
tax-xita fil-widien.
Tlift ħafna mil-ħbieb tiegħi avolja nippruvaw ma
ndejjqu lil ħadd. Min jipprova jixxutjana bħal
ballun, min jipprova jgħaffiġna b’saqajh, min
jgħaffiġna b’xi karozza, min jiġborna biex issajarna
u dan l-aħħar sirna nsibu iktar ħmieġ u plastic flambjent tagħna. Mhux l-ewwel darba li xi wieħed
minnha jeħel f’xi borża jew tazza tal-plastic! Sirna
ngħixu f’ħajja vera perikoluża.
Tgħallimt li fil-ħajja m’għandek taqta’ qalbek qatt. Bil-kalma u
bil-mod tasal fejn għandek tasal. Basta ma tibżax u ma tħalli lil
ħadd iwaqqfek.
Għalhekk minn hawn ngħalaq billi ngħidlek, tarmix barra, ibża
aktar għal ambjent, ibża għalina, u jekk tara xi borża, flixkun jew
tazza tal-plastic fil-kampanja jew fil-wied, iġborha u tkun qed
tgħin lilna u l-annimali kollha li jgħixu hawn barra.