Xrobb l-Għaġin

submitted by St Francis Primary Cospicua : Maia Anne Cocker 
dissemination(s): school media, website
Proof of dissemination: Click to view Click to view Click to view
Dissemination description: This article was fixed to a board in our school which is in a prominent place. Also it was uploaded on our school website with the following ink: http://www.stfrancis.edu.mt/Circulars/Xrobbl-GaginMaia
filed under Articles


Fil-15 ta’ Jannar, l-iskola tagħna ħadet sehem fl-attivita’ – ‘Plant a Tree for Peace’ li saret ġewwa ‘Xrobb l-Għaġin Nature Park and Sustainable Development Centre’. Din l-attivita’ kienet organizzata minn ‘Nature Trust Malta’ permezz tal-programm tagħha ‘LEAF’ (Learning About Forests).
Fl-iskola tagħna aħna ppreparajna għal din l-attivita’ billi ġbarna xi flus biex inkunu nistgħu nixtru tmien siġriet biex niżirgħuhom dakinhar waqt din l-attivita’.
Il-ftuħ ta’ din iċ-ċerimonja sar b’diskors dwar il-benefiċċji tas-siġar u appell lin-nies biex huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom billi jagħtu daqqa t’id u anke jkunu ta’ eżempju tajjeb għall-oħrajn. Ghaliex is-sigar huma importanti hafna kemm ghalina kif ukoll ghall-annimali.